Notifiki

L-aqwa budget li qatt ingħata lil Għawdex

Gvern Laburista wassal sabiex ingħatat somma rekord ta’ €22 miljun għall-investiment kapitali f’Għawdex.

Qal dan il-Ministru Clint Camilleri waqt konferenza tal-aħbarijiet bit-tema Maltin b’Saħħitna ‘l quddiem, b’rabta mal-Budget li tħabbar għas-sena d-dieħla.

Spjega kif din iċ-ċifra flimkien maż-żieda fil-Budget rikurrenti għal total ta’ €52 miljun tfisser li s-sena d-dieħla Għawdex ser ikun qed igawdi minn żieda finanzjarja sostanzali ta’ aktar minn €6 miljun.

Il-Ministru Camilleri qal: “Dan huwa budget rekord għall-gżira Għawdxija fejn il-budget għal dawk li huma proġetti rikorrenti tela’ għal €52 miljun filwaqt li l-budget għall-proġetti kapitali tela’ għall-€22 miljun u dan lilna bħala Ministeru jimliena kuraġġ sabiex inkomplu bl-aġenda infrastrutturali tagħna.”

Il-Ministru Camilleri rrimarka wkoll il-ħidma tal-Gvern sabiex jiġu salvagwardjati l-impjiegi f’Għawdex filwaqt li elenka sensiela ta’ skemi li se jkunu qed jissoktaw f’dan il-budget li għadu kemm ġie mressaq.

Il-Ministru Camilleri qal li fil-Budget 2021 kienu preżentati wkoll sensiela ta’ miżuri biex titjieb il-konnettività bejn Malta u Għawdex.

Saħaq li dan il-gvern huwa impenjat li jwettaq il-proġett tal-mina bejn Malta u Għawdex filwaqt li qal li issa wasal iż-żmien li jingħażel il-konċessjonarju biex jiddisinja, jibni, jiffinanzja, jopera u jieħu ħsieb il-mina.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend