Diżwgid dwar l-immaniġġjar tal-pandemija fl-aħħar dibattitu bejn Trump u Biden – One News

Notifiki

Diżwgid dwar l-immaniġġjar tal-pandemija fl-aħħar dibattitu bejn Trump u Biden

L-aħħar dibattitu għall-elezzjoni presidenzjali tal-istati uniti kien ikkaratterizzat minn diżgwid bejn iż-żewġ kandidati dwar il-mod kif il-Gvern Amerikan wieġeb għall-pandemija.

Hawnhekk il-kandidat Demokratiku Joe Biden m’eskludiex lockdown ieħor jekk eventwalment ikun elett President, iżda Trump kien pront iwieġeb li issa wasal iż-żmien li kollox jerġa’ lura għan-normal.

Trump stqarr: “It will go away, we are right around the corner. Its going away.”

Biden qal: “220 thousand Americans died. Anyone is responsible for not taking control, or saying ‘I take no responsibility’, should not remain President of the United States.”

Issa fadal biss ħdax-il jum għall-elezzjoni tat-tlieta ta’ Novembru, u Biden jidher li għandu vantaġġ fuq il-President attwali fil-maġġoranza tal-Istati Uniti.

Iżda dan mhux garanzija ta’ rebħa Demokratika, hekk kif fi stati amerikani meqjusa aktar diffiċli, imsejħa swing states, id-distakk bejn iż-żewġ kandidati huwa ferm anqas, u allura hemm aktar ċans ta’ tibdil fl-aħħar jiem tal-kampanja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *