Arrestati żewġt irġiel b’rabta ma’ sejba tad-droga – One News

Notifiki

Arrestati żewġt irġiel b’rabta ma’ sejba tad-droga

Żewġt irġiel ta’ erbgħa u tletin sena u tmienja u tletin sena, ġew arrestati b’rabta ma’ pussess u traffikar ta’ droga.Huma kienu arrestati għall-ħabta tal-4:30 ta’ dalgħodu f’parkeġġ fi Triq Sarrija fil-Furjana.

Minn tfittxija li saret, fuq ir-raġel ta’ erbgħa u tletin sena li joqgħod Bormla u fil-vettura tiegħu instabu madwar 25 qartas b’sustanza aktarx droga eroina. Fuq ir-raġel ta’ 38 sena, li joqgħod Ħal Tarxien, ġie elevat qartas b’sustanza x’aktarx droga sintetika.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa, Doreen Clarke, li ordnat inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend