AĠĠORNAT: Ġarrbu ġrieħi ħfief wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku f’Ħal Safi – One News

Notifiki

AĠĠORNAT: Ġarrbu ġrieħi ħfief wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku f’Ħal Safi

Żewġ sewwieqa li l-identità tagħhom għadha mhux magħrufa ġarrbu ġrieħi ħfief wara li kienu involuti f’ħabta bejn karozza tal-għamla Mercedes A180 u vettura tat-tip Renault Captur.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7:00 ta’ dalgħodu fi Triq Carmelo Caruana, f’Ħal Safi.

Fuq il-post isejħet l-assistenza ta’ tim mediku li ħa liż-żewġ sewwieqa l-isptar Mater Dei għal aktar kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *