Raġel jinsab fil-periklu tal-mewt wara li weġġa’ waqt li kien qed jaħdem f’garaxx f’Wied Sara, fl-Għasri.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-tlieta neqsin kwart ta’ waranofsinhar meta l-Pulizija kienu infurmati mid-Dipartiment tas-Saħħa, li aktar kmieni kienu assistew raġel li weġġa’ għax intlaqat minn biċċa njama li taret minn magna li kien qed jaħdem biha.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li taw l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lill-vittma l-isptar għall-kura meħtieġa. Hu kien iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa, Dr Simone Grech LL.D, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.