Il-membru Malti fi ħdan il-Qorti Ewropea, Leo Brincat, nħatar membru fuq żewġ kumitati fi ħdan il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.
Fosthom hu nħatar membru fil-Kumitat tal-Awditjar. Dan il-kumitat se jkun qed jissorvelja l-kwalità tal-awditjar.
Brincat nħatar wkoll membru tal-Isteering Digital Committee fi ħdan il-Qorti Ewropea, kumitat li se jkun qed ifassal l-istrateġija diġitali tal-Qorti Ewropea.
Brincat ilu jaħdem fi ħdan il-Qorti Ewropea tal-Awdituri tul dawn l-aħħar erba’ snin.