Imutu żewġ anzjani waqt li kienu pożittivi bil-Covid-19 – One News

Notifiki

Imutu żewġ anzjani waqt li kienu pożittivi bil-Covid-19

Żewġ anzjani ta’ 72 u 82 sena mietu lbieraħ filgħaxija waqt li kienu pożittivi bil-Covid-19.

Fi stqarrija l-Ministeru għas-saħħa qal li l-ewwel każ, anzjana ta’ 72 sena iddaħlet l-Isptar Mater Dei fis-26 ta’ Settembru, u ġiet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fil-5 ta’ Ottubru. Hija baqħet tingħata kura fl-Isptar Mater Dei, fejn mietet ilbieraħ filgħaxija.

Fit-tieni każ, anzjan ta’ 82 sena li ġie kkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-12 ta’ Ottubru. Huwa ddaħħal l-isptar Mater Dei fit-13 ta’ Ottubru u ġie trasferit fl-Isptar St Thomas fis-16 ta’ Ottubru. Hekk kif il-kundizzjoni tiegħu, qalbet għall-agħar, reġa’ ġie trasferit l-Isptar Mater Dei ilbieraħ, fejn miet aktar tard filgħaxija.

Iż-żewġ anzjani kellhom kundizzjonijiet ta’ saħħa oħrajn.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjani, appella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza fiżika u l-użu tal-maskra kullimkien.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend