PARKS Malta nediet stħarriġ pubbliku dwar l-immaniġjar u l-manutenzjoni tal-widien u l-madwar tagħhom f’Malta u Għawdex. Dan bħala parti mill-proġett LIFE li qed jitmexxa mill-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma u għandu l-għan li jwassal għall-immaniġġjar aħjar tar-riżors tal-ilma f’pajjiżna. Il-proġett huwa mqassam fuq tmien snin u hu ko-finanzjat mill-Programm LIFE tal-Unjoni Ewropea.
Parks Malta responsabbli għal Azzjoni A8 u C9 taħt il-proġett tal-LIFE RBMP. Oġġettiv ċentrali tal-Azzjoni A8 hu li jiġu mħejjijja pjanijiet u linji gwida għal immaniġjar u l-manutenzjoni tal-widien u l-madwar tagħhom. Dawn il-pjanijiet ser ikunu bbazati fuq prinċipji ta’ pjanar integrat u jinkludu element sostanzjali ta’ involviment tal-pubbliku.
S’issa saru diġà diversi laqgħat ma’ entitajiet tal-gvern, sidien tal-art, bdiewa, NGOs, Kunsilli Lokali u mal-pubbliku dan sabiex ikomplu jibnu fuq dawn, għalekk qed jistiednu membri tal-pubbliku jipparteċipaw u jaqsmu l-viżjoni tagħhom dwar il-widien u ‘catchments’, il-problemi eżistenti u soluzzjonijiet potenzjali.
L-istħarriġ jieħu inqas minn ħames minuti u kull min hu interessat li jieħu sehem f’dan l-istħarriġ jista’ jagħfas fuq din il-ħolqa; https://arcg.is/0CTu11