Alfred Sant inħatar il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Laburista fil-Parlament Ewropej. Dan waqt laqgħa tal-eżekuttiv tal-Partit Laburista li fiha tressqet din il-proposta li sussegwentament ġiet milqugħa mill-membri tal-Eżekuttiv unanimament.
Din il-proposta saret wara li l-Kap tad-Delegazzjoni preċedenti Miriam Dalli, issa qed hija membru parlamentari Laburista.
Fil-passat Alfred Sant serva bħala Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista. Huwa serva wkoll bħala Ewroparlamentari Laburista sa mill-2014.
Fi stqarrija l-Partit Laburista awgura lil Alfred Sant f’din il-kariga ġdida filwaqt li saħaq favur iktar ħidma fl-interess ta’ pajjiżna.