Tmien xhur ħabs wara li nstab ħati li benġel wiċċ l-eks sieħba tiegħu – One News

Notifiki

Tmien xhur ħabs wara li nstab ħati li benġel wiċċ l-eks sieħba tiegħu

Sylvester Grech ta’ 33 sena ġie kkundannat għal 8 xhur ħabs wara li nstab ħati li darab b’mod ħafif lill-eks sieħba tiegħu.

Grech ikkaġuna ġrieħi f’wiċċ il-mara, li skont ċertifikat tat-tabib, kellha tbenġil u nefħa mad-dawra tal-għajn tax-xellug.

L-akkużat kien qal lill-Qorti li nnota xejn f’wiċċ l-eks tfajla tiegħu iżda ta dettalji t’argument li seħħ f’dar fiż-Żurrieq.

Il-Qorti, li kienet ippreseduta mill-Maġistrat Joe Mifsud ma sabitx lill-akkużat ħati li ħoloq biża’ lill-vittma li se tintuża vjolenza kontriha.

Il-każ seħħ fis-6 ta’ Jannar tas-sena li għaddiet.

Il-Qorti ordnat ukoll li tinħareġ ordni ta’ protezzjoni fil-konfront tal-vittma.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend