Sophie l-kelba tad-Dwana taqbad €11,380 mhux dikjarati fl-ajruport – One News

Notifiki

Sophie l-kelba tad-Dwana taqbad €11,380 mhux dikjarati fl-ajruport

Ix-xamma ta’ Sophie, il-kelba tad-Dwana, waslet għal sejba ta’ €11,380 li mhux dikajarti. Din hija r-raba’ qabda fi ftit jiem.

Fi stqarrija d-Dwana Maltija spjegt kif dawn instabu fuq passiġġiera li twaqqfet hi u tirkeb titjira għal Istanbul. Għalkemm qalet li kellha €10,000 fi flus kontanti fuq persuntha, wara tfittxija rriżulta li din kellha aktar minn €11,000.

Skont il-liġi wieħed ma jistax iġorr aktar minn €10,000 fi flus kontanti jew ċekkijiet meta wieħed ikun qed jivvjaġġa minn u lejn Malta.

S’issa matul dan ix-xahar it-taqsima ta’ kontra l-ħasil ta’ flus u s-sezzjoni tal-klieb tad-Dwana qabdu €77,750 f’sitt każijiet separati.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend