Sistema operattiva fil-Port Ħieles se tfisser inqas emissjonijiet daqs 1,900 karozza  – One News

Notifiki

Sistema operattiva fil-Port Ħieles se tfisser inqas emissjonijiet daqs 1,900 karozza 

Fil-ġimgħat li ġejjin se jkun qed jinħareġ il-proċess kuntrattwali filwaqt li se ssir applikazzjoni għall-fondi Ewropej sabiex fil-Port Ħieles tiġi installata s-sistema tal-elettriku mill-art għall-vapuri li jitrakkaw fil-port.

L-Inġinier Frederick Azzopardi qal li din is-sistema tal-elettriku mill-art, magħrufa bħala OPS, se tkun it-tieni sistema installata wara dik li se ssir fil-Port il-Kbir.

Din se tkun qed tfisser arja aktar nadifa għar-residenti ta’ Birżebbuġa u l-irħula tal-madwar.

Is-Sur Azzopardi spjega: “Il-vapur meta anke jitrakka mal-moll ikun jista’ jifti l-magni tiegħu, meta ngħidu jitfu l-magni għandek qisek power station żgħira, power station li tkun qed taħraq il-Heavy Fuel Oil. Hemmhekk titfi dawn il-magni u tqabbad mas-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku tal-pajjiż u allura jfisser anqas tniġġis tal-arja.”

F’Terminal Wieħed, quddiem wieħed mill-vapuri li huwa mgħammar bis-sitema OPS, il-Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni tal-Port Ħieles David Magro spjega kif studju li sar juri kemm din is-sistema se tkun qed tfisser nifs ġdid għar-raħal viċin il-port.

Huwa qal: “Comparison li ħareġ dan l-istudju, once li jkun hawn l-OPS u jibda jintuża dan ħa jisarraf qisek qlajt 1,900 karozza jiċċirkulaw fit-toroq tal-madwar f’Birżebbuġa plus li tkun qisek ħawwlit ukoll 130,000 siġra.”

Is-Sur Magro qal li diġà hawn numru ta’ vapuri mgħammra bl-OPS li jidħlu fil-Port Ħieles, filwaqt li mhux eskluż li malli tiġi nstallata s-sistema, jibdew jitrakkaw aktar vapuri li jniġġsu inqas.

Huwa kompla jispjega: “24 vapur li jagħmlu użu mill-Malta Freeport huma mgħammra jew huma fil-proċess li jiġu atrezzati bl-OPS system. Wieħed iqis li dawn l-24 vapur hawnhekk ma jagħmlux call waħda matul is-sena.”

Il-Ministru responsabbli mill-Port Ħieles Julia Farrugia Portelli, li kienet tat istruzzjonijiet biex isir studju dwar is-sistema, qalet kif l-għan prinċipali wara dan il-proġett se jkun li jitnaqqsu l-emmissjonijiet fl-arja minħabba t-teknoloġija avvanzata li se tkun qed tiġi użata.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend