Raġel ta’ 61 sena arrestat b’rabta mal-‘hit and run’ tal-bieraħ fil-Gżira – One News

Notifiki

Raġel ta’ 61 sena arrestat b’rabta mal-‘hit and run’ tal-bieraħ fil-Gżira

Raġel ta’ wieħed u sittin sena min-Nadur ġie arrestat b’rabta mal-hit-and-run li seħħet ilbieraħ.

Il-każ seħħ fis-siegħa u kwart ta’ waranofsinhar fi Triq Rue D’Argens, il-Gżira.

Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru nstab li l-mara ġiet milquta u mkaxkra minn vettura li baqgħet sejra.

Aktar tard il-mara ġiet iċċertikata li tinsab fil-periklu tal-mewt.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija wasslu biex ġiet identifikata l-vettura involuta fl-inċident. Il-vettura involuta nstabet f’Għawdex u x-xufier ġie arrestat f’Għawdex ukoll.

Aqra wkoll:

Mara ssofri ġrieħi serji wara ‘hit and run’ fil-Gżira

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend