Probation għal żagħżugħ li ammetta li sawwat lil ommu – One News

Notifiki

Probation għal żagħżugħ li ammetta li sawwat lil ommu

Żagħżugħ ta’ tmintax-il sena tpoġġa taħt probation u ġie ordnat li jirċievi trattament għal tliet snin, wara li ammetta li sawwat lil ommu.

L-omm irrapportat din il-vjolenza jumejn ilu meta ċemplet lill-Pulizija. Hija qalet li din l-allegat vjolenza ilha għaddejja tliet snin.

Missier l-akkużat stqarr fil-Qorti ibnu kien vittma ta’ bullying u għalhekk kien ħadu għand psikjatra. Il-missier sostna li l-imputat ma kienx qed jieħu l-mediċina. B’riżultat ta’ dan l-akkużat beda jissuspetta bosta affarijiet fosthom li ommu kienet qed titfagħlu l-velenu fl-ikel.

Min-naħa tiegħu l-akkużat stqarr li ommu kienet tidħollu f’kamartu minkejja li kien jgħidilha biex ma tidħollx. Tenna li sab €50 nieqsa mill-kartiera u ommu qaltlu li hu nesa fejn għamilhom.

Il-Qorti li kienet ippreseduta mill-Maġistrat Victor Axiaq staqsiet lill-akkużat min issajjarlu, min jaħsillu ħwejġu u min iħallas il-kontijiet. L-imputat wieġeb li ommu kienet tagħmel dan kollu u hu ma setax iħallasha għaliex ma jaħdimx. Il-Maġistrat qallu li lill-ommu għandu jirrispettaha għaliex din dejjem tibqa’ ommu.

Il-Maġistrat wissa lill-imputat li hu diġà kien diġà tressaq darb’oħra l-Qorti u ngħata ċans. L-akkużat qal li hu ma jixtieqx imur il-ħabs iżda lest li joqgħod għat-trattament.

Fid-deċiżjoni tagħha l-Qorti ħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni fil-konfront tal-omm għal erba’ snin. Dan fid-dawl li ż-żagħżugħ se jkun qed jgħix ma’ missieru.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend