Pajjiżi ġodda fuq il-lista oranġjo – One News

Notifiki

Pajjiżi ġodda fuq il-lista oranġjo

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar lista riveduta ta’ pajjiżi li jekk tkun ġej minnhom trid tipprovdi test negattiv għall-Covid-19 li jkun sar sa mhux aktar tard minn tnejn u sebgħin siegħa qabel.

Vjaġġaturi ġejjin f’Malta, minn nhar il-Ġimgħa li ġej, mill-pajjiżi fil-lista u li jonqsu milli jipproduċu riżultat tat-test, jistgħu jkunu sottomessi għall-ittestjar f’Malta u jistgħu jkunu soġġetti għall-kwarantina.

Il-postijiet huma; l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, Franza (l-ajruporti kollha ta’ Pariġi u ta’ Marsilja), l-Irlanda, l-Olanda, il-Polonja (Gdansk u Krakow), il-Portugall (Porto), ir-Renju Unit (Belfast, Cardiff, Leeds, Liverpool, Manchester, Newcastle), ir-Repubblika Ċeka, Spanja (l-ajruporti ta’ Madrid, ta’ Barċellona u ta’ Girona), l-Iżvizerra, it-Tuneżija u l-Ungerija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend