Mixli li hedded lil Patri Dijonisju għax ma tahx saqaf fuq rasu – One News

Notifiki

Mixli li hedded lil Patri Dijonisju għax ma tahx saqaf fuq rasu

Lamin Gassama ta’ wieħed u għoxrin sena mill-Gambja tressaq il-Qorti mixli li t-Tlieta filgħaxija hedded lil Patri Dijonisju Mintoff.

Fil-Qorti nstema’ kif ftit wara s-7:00 ta’ filgħaxija l-imputat mar il-labortarju tal-paċi u talab lil Patri Dijonisju biex itih saqaf fuq rasu.

Min-naħa tiegħu Patri Dijonisju qallu li m’għandux post u allegatament l-akkużat għajru u heddu li se jerġa’ jmur aktar tard u joqtlu.

L-imputat kien mixli wkoll li qed jgħix ħajja ta’ għażż u vagabondaġġ.

Huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih. Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Victor Axiaq ħarġet ordni ta’ protezzjoni fil-kontront ta’ Patri Mintoff. L-akkużat baqa’ jinżamm arrestat.

Il-Qorti rrakomandat li l-imputat jingħata għajnuna psikjatrika u għalhekk ħatret lil Dr. Joe Cassar biex jeżamina l-istat psikjatriku tiegħu

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Missek tisthi Gassama! Dan il-patri gentlom ilu s-snin jiddefendi u jghati kenn lil nies bhalek, imma ma jistax ikun li jibqa jippakkjakom meta l-post huwa ‘full up’.
    Nahseb li kien ikun ahjar kieku li dan il-bravu, flok bghatnieh ghand psikjatra, nibghatuh lura lejn pajjizu, forsi jitaghllem ftit edukazzjoni!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend