Macron jitlob għal kooperazzjoni aħjar mir-Russja wara l-qtil tal-għalliem fi Franza – One News

Notifiki

Macron jitlob għal kooperazzjoni aħjar mir-Russja wara l-qtil tal-għalliem fi Franza

Il-President Franċiż Emmanuel Macron qed jitlob il-koperazzjoni tal-Gvern Russu biex ikun hemm koperazzjoni akbar fil-ġlieda kontra t-terroriżmu. Dan wara li għalliem Franċiż inqatel minn raġel imwieled ir-Russja wara li dan wera karikaturi kontroversjali tal-profeta Mohammad lill-istudenti tiegħu.

F’telefonata bejn iż-żewġ mexxejja l-qtil tal-għalliem ġie deskritt bħala wieħed barbaru. Macron wera wkoll ix-xewqa li ż-żewġ pajjiżi jikkoperaw aħjar fuq il-kwistjoni tal-immigrazzjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *