BIL-FILMAT: Nirien f’dar f’Ħal Qormi kawża ta’ chip pan – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Nirien f’dar f’Ħal Qormi kawża ta’ chip pan

ONE.com.mt jinsab infurmat li għall-ħabta tat-3:30 ta’ waranofsinhar żviluppaw nirien f’dar li tinsab fi Triq Santa Katerina f’Ħal Qormi.

Fuq il-post issejħet l-assistenza tal-membri tal-Protezzjoni Ċivili biex jikkontrollaw in-nirien.

Mill-gallarija dehret daħna bajda ħierġa. Xhieda fuq il-post qalu lil ONE News li jidher li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident. Jidher li n-nirien żviluppaw minn chip pan.

Minn informazzjoni ksibna, sid id-dar kien qed jistad u bintu ċemplitlu fejn infurmatu li d-dar bdiet tieħu n-nar.

Fuq il-post stajna ninnutaw li s-sitwazzjoni ġiet ikkontrollata fi ftit ħin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *