Anzjan ta’ 68 sena miet waqt li kien pożittiv għall-Covid-19 – One News

Notifiki

Anzjan ta’ 68 sena miet waqt li kien pożittiv għall-Covid-19

Anzjan ta’ 68 sena miet waqt li kien pożittiv għall-Covid-19.

L-anzjan iddaħħal l-Isptar Mater Dei fis-27 ta’ Settembru u ġie kkonfermat pożittiv għall-Covid-19 dakinhar stess. Huwa baqa’ jingħata kura fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fl-Isptar Mater Dei fejn miet aktar kmieni llum.

L-anzjan kellu kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri.

Il-Ministeru għas-Saħħa, tal-kondoljanzi lill-qraba u appella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza fiżika u l-użu tal-maskra kullimkien

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend