Analiżi tad-DNA jwassal biex tfajla tiġi mixlija b’involviment f’żewġ serqiet – One News

Notifiki

Analiżi tad-DNA jwassal biex tfajla tiġi mixlija b’involviment f’żewġ serqiet

Wara li fl-2015 kien tħalla kappell fuq ix-xena ta’ hold-up, analażi tad-DNA fuq l-kappel wassal biex l-Pulizija tarresta lil Miriam Elabed.

Iż-żagħżugħa ta’ sebgħa u għoxrin sena mill-Gżira, wieġbet mhux ħatja għall-involviment tagħha fl-attentat ta’ serqa b’arma fuq koppja Serba u serqa  oħra bl-istess mod fuq mara anzjana.

L-aggressur kien maħsub li kien raġel iżda l-analiżi tad-DNA fuq kappell li l-aggressur waqqa’ wera li d-demm kien ta’ mara.

Il-Maġistrat Axiaq laqa’ t-talba tad-difiża u ta libertà proviżorja lit-tfajla.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend