Eks-uffiċjal tal-Pulizija li kien involut fi sparatura waqt li kien qed iservi bħala xufier għall-eks Ministru Manuel Mallia lura f’Novembru tal-2014, kellu s-sentenza mnaqqsa fl-istadju tal-appell.
L-Imħallef naqqsitlu s-sentenza għal ħmistax-il xahar ħabs sospiżi għal tliet snin.
Paul Sheehan kien instab ħati b’attentat li jipprova jweġġa’ b’mod gravi lil Stephen Smith, Skoċċiż wara li l-karozza tiegħu kienet ħabtet mal-karozza Ministerjali, bil-każ spiċċa eskala hekk kif Sheehan beda jsuq wara Smith u kien spara żewġ tiri lejn il-vettura ta’ Smith.
Ħadd ma ndarab f’dan il-każ iżda waħda mill-balal aktar tard instab li laqtet il-vettura ta’ Smith.
Sheehan għall-ewwel kien akkużat b’attentat ta’ qtil iżda l-akkużi waqgħu min-naħa tal-Prosekuzzjoni.