Qorti Ewropea tikkundanna esproprjazzjoni li saret fl-2012 – One News

Notifiki

Qorti Ewropea tikkundanna esproprjazzjoni li saret fl-2012

Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem ordnat lil Gvern Malti biex iħallas €60,000 lill-familija wara li sabitu ħati bi ksur ta’ drittijiet tal-bniedem dwar art fil-Qajjenza Birżebbuġa li tgħajjat lill-familja. Liema art kienet ġiet esproprijata fl-2012 fuq art li kienet diġà esproprijata mill-istess familja fis-snin sebgħin u tmenin. L-art meħuda fl-2012 hija ta’ daqs ta’ 648 metru kwadru.

Diversi xhieda fosthom rappreżentanti tad-Dipartiment tal-Artijiet u l-Enemalta ma wieġbux għalfejn kienet ittieħdet l-art fl-2012, bil-familja tgħid li l-art kienet ittieħdet biex twaqqa’ l-valur tal-art in-kwistjoni.

Intant, apparti li l-Gvern huwa mitlub iħallas is-sittin elf ewro f’danni lill-familja, l-Qorti Ewropea tat żewġ għażliet lil Gvern; jew li jrodd l-art jew iħallas lill-familja il-prezz tal-art li tammonta għal miljun u nof ewro.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend