Nature Trust laqgħet b’sodisfazzjon l-inizjattivi mħabbra fil-Budget 2021 fejn innotat il-miżura dwar kif Malta qed timmira li tkun ħielsa mill-karbonju sas-sena 2050.
L-organizzazzjoni laqgħet wkoll il-ħtieġa ta’ dan il-Gvern biex jkompli jippromwovi l-enerġija rinovabblu u l-fok li jelimina s-single-use plastics mill-gżejjer Maltin.
Fi stqarrija Nature trust qalet kif tinsab sodisfatta kif l-inizjattivi biex inħaddru l-gżejjer Maltin għadhom fuq l-aġenda iżda tistenna l-viżjoni tal-Gvern kif se jippreserva siti naturali.
Innotat ukoll kif għandu jkun hemm aktar fok fuq ir-restawrazzjoni tas-siti Natura 2000 u ż-żamma tal-istess siti għall-ġenerazzjonijiet futura.