Marsi ta’ 57 sena indarab gravi wara li ntlaqat minn karozza f’Birkirkara.
Il-każ seħħ għall-ħabta tad-disgħa u nofs ta’ filgħodu fi Triq Brared, Birkirkara meta l-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post fejn mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li r-raġel ġie milqut minn Toyota Avensis misjuqa minn raġel ta’ 73 sena residenti Ħ’Attard.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lill-vittma l-isptar fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.