Mara ta’ 47 sena mill-Gżira sofriet ġrieħi serji wara hit and run fil-Gżira.
Il-każ seħħ fis-siegħa u kwart ta’ waranofsinhar fi Triq Rue D’Argens, il-Gżira.
Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru nstab li l-mara ġiet milquta u mkaxkra minn vettura li baqgħet sejra.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lill-vittma l-isptar fejn ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Audrey Demicoli LL.D li fetħet inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.