Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, il-Pulizija u l-uffiċjali tal-komunità taw aktar minn 250 ċitazzjoni f’każi fejn persuni kisru l-ordnijiet li diġà jġorru multi dwar ilbies tal-maskri.
Ħabbar dan il-Ministru Byron Camilleri fejn permezz ta’ post fuq Facebook qal kif fil-jiem li ġejjin dawn il-multi se jkunu estiżi għal dawk li ma jilbsux il-maskra anke barra.
Spjega kif saru mijiet ta’ spezzjonijiet fejn filwaqt li l-maġġoranza qed juru dixxiplina, f’ħafna mill-każi l-awtoritajiet jipprovaw jiġbdu l-attenzjoni u kif ukoll jedukaw.