It-Tlieta filgħodu fetaħ il-perjodu ta’ riċerka fuq is-seba’ speċi tal-għasafar tal-għana li huma il-Verdun, il-Gardell, il-Ġojjin, l-Apparell, l-Isponsun, l-Ekru u taż-Żebbuġ.
Tul dan il-perjodu, kull għasfur tal-għana li jinqabad se jiġi eżaminat jekk għandux ċurkett xjentifiku u kull għasfur irid jitħarrab immedjatament.
Qal kif “Qed inħarsu ‘l quddiem għal aktar data miġbura mill-istess nassaba li żgur għandhom esperjenza ta’ kif jistgħu jaqbdu dawn l-għasafar bil-kundizzjoni li jistgħu jintreħew lura eżatt wara”
Jekk ma jkollux ċurkett xjentifiku jinħeles immedjatament mingħajr ma jiġi rrappurtat, filwaqt li jekk ikollu ċurkett xjentifiku jinħeles immedjatament wara li d-dettalji tiegħu jitniżżlu fuq il-formola taċ-ċrieket maħruġa f’isem in-nassab li rċieva mal-liċenzja speċjali.
Dan il-perjodu ta’ riċerka fetaħ grazzi għal ħidma li saret minn esperti legali tal-Gvern wara s-sentenza li kienet inqatgħet mill-Qorti Ewropea kontra n-nassab Malti u finalment inkisbet deroga għall-insib fuq żewġ speċi.
Camilleri fakkar li l-insib għall-Pluviera fetaħ ukoll mill-jum tat-Tlieta bl-istaġun tal-Malvizz mistenni jiftaħ fl-ewwel ta’ Novembru li ġej.