“In-numru ta’ professjonisti biex jagħmlu intraċċar tal-kuntatti dwar il-pandemija se jittrippla” – id-DPM – One News

Notifiki

“In-numru ta’ professjonisti biex jagħmlu intraċċar tal-kuntatti dwar il-pandemija se jittrippla” – id-DPM

Fi stqarrija Ministerjali fis-seduta parlamentari tat-Tlieta filgħaxija dwar l-imxija, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne spjega kif pajjiżna huwa mħejji għall-pandemija.

Qal li kif kien imħabbar, lejn l-aħħar ta’ dan ix-xahar se jibdew isiru testijiet għall-Covid-19 li jagħtu riżultat f’qasir żmien.

Qal li, “Bħalissa, Sur President, għaddejjin bl-evalwazzjoni tar-rapid tests kits. Il-ħsieb hu li dawn ir-rapid tests nibdew nuzawhom sal-aħħar ta’ dan ix-xahar. Dan it-testing kollu huwa importanti għax b’hekk biss nistgħu niddentifikaw persuni pożittivi u nżommuhom iżolati waqt li npoġġu lil ta’ madwarhom fi kwarantina.”

Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne qal li ta kuljum hemm timijiet professjonali li qed jaħdmu qatigħ biex tiġi mrażżna l-imxija.

Qal li f’temp ta’ ġimgħa n-numru ta’ ħaddiema li fost oħrajn jagħmlu intraċċar tal-kuntatti tela’ minn tnejn u tletin għal tnejn u ħamsin persuna.
Saħaq li fil-jiem li ġejjin dan tiela’ għal tmenin ruħ.

Spjega kif is-sitwazzjoni tal-lum hija differenti minn meta faqqgħet il-pandemija.

Qal li, “Is-sitwazzjoni hija differenti wkoll minn Marzu għax illum ikkumparat ma’ Marzu nafu aktar dwar il-Coronavirus u dwar il-COVID-19. U aktar minn hekk għax mill-ewwel xhur tal-pandemija għamilna l-preparamenti kollha ġewwa pajjiżna biex nilqgħu għall-mewġa ta’ Coronavirus li konna b’sarna li se tiġi fuqna u li se tolqotna.”

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni ħatar kumitat, seba’ xhur tard, u tah pariri ħżiena.

Sostna li, “L-uniku ħaġa li qalilna, qalilna li seba’ xhur wara li aħna ilna nieħdu d-deċiżjonijiet, nagħmlu t-tibdil strutturali, inġibu l-protective equipment, inġibu l-maskri, inġibu l-ventilators, inġibu l-filters, niftħu sodod tal-ITU, niftħu sodod għall-pazjenti oħra COVID. Wara li ilna dawn is-seba’ xhur nagħmlu dawn l-affarijiet kollha. Huwa qalilna, ilbieraħ lura, li għamel kumitat ta’ sitta min-nies. About time għamiltu l-kumitat Sur Kap tal-Oppożizzjoni, aħna solvejnihom dawn l-affarijiet hu għamilnihom.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend