“Hija l-intenzjoni tal-gvern li juża l-miżuri legali kollha possibbli sabiex jiddefendi l-interess nazzjonali u s-sovranità.”
Qal dan is-Segretarjat Parlamentari għaċ-Ċittadinanza b’reazzjoni għat-tħassib imqajjem mill-Kummissjoni Ewropea dwar dwar iċ-ċittadinanza u r-residenza mil-leġislazzjonijiet ta’ investiment misjuba f’ħafna mill-istati membri Ewropej.
Intqal li sussegwentement, Malta se tkun qed timplimenta regolamenti ta’ residenza ġodda li jistgħu jwasslu għaċ-ċittadinanza u li jqisu r-rakkomandazzjonijiet mogħtija.
Il-Gvern qal li permezz tal-programm ta’ ċittadinanza b’investiment, il-Fond Nazzjonali għall-Iżvilupp Soċjali investa f’akkomodazzjoni soċjali, tagħmir tal-kura tas-saħħa u titjib fiċ-ċentri tas-saħħa. Il-programm wieżen ukoll l-ekonomija ta’ pajjiżna waqt din il-pandemija, fejn salva kemm il-ħajjiet kif ukoll l-impjiegi tal-Maltin u l-Għawdxin.