Anzjana ta’ 72 sena, li kellha kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri, mietet waqt li kienet pożittiva bil-Covid-19.
Il-Ministeru għas-Saħħa qal kif l-anzjana ddaħħlet l-Isptar Mater Dei fit-13 ta’ Ottubru, u ġiet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fil-15 ta’ Ottubru. Hija baqgħet tingħata kura fl-Isptar Mater Dei, fejn mietet aktar kmieni llum.
Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-familjari, appella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza fiżika u l-użu tal-maskra kullimkien.