Notifiki

Żieda ta’ €1.75 fil-COLA u massimu ta’ €95 f’rifużjoni tat-taxxa

Fil-Parlament, hu u jressaq il-budget għall-2021, il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna ħabbar li l-kumpens għall-għoli tal-ħajja, magħrufa bħala l-COLA, se jkun ta’ €1.75. Din iż-żieda tirrifletti l-inflazzjoni baxxa li kellna dan l-aħħar 12-il xahar u hija maħduma skont formula stabbilita bejn l-imsieħba soċjali kollha fi ħdan l-MCESD. 

Din iż-żieda ser tkun qed tingħata lill-impjegati kollha, lill-pensjonanti, lil dawk li jieħdu l-benefiċċji soċjali u lill-istudenti fl-istipendji tagħhom.

Ir-rifużjoni tat-taxxa li ngħatat f’dawn l-aħħar tliet snin ukoll ser tkun qed terġa’ tingħata b’rati miżjudin lill-ħaddiema kollha. Dan hekk kif ir-rifużjoni tat-taxxa ser tkun qed titla’ għal bejn €45 u €95.

L-ogħla ammont fiċ-ċekk tar-rifużjoni tat-taxxa se jkun qed jirċevih min għandu l-aktar dħul baxx.

Aktar minn 218,000 persuna ser ikunu qed igawdu minn din il-miżura. Din il-miżura ser tkun qed tiswa lill-Gvern kważi €16-il miljun.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend