“Nistennew li l-vouchers ikollhom impatt pożittiv f’Għawdex” – Kamra tal-Kummerċ Għawdxija – One News

Notifiki

“Nistennew li l-vouchers ikollhom impatt pożittiv f’Għawdex” – Kamra tal-Kummerċ Għawdxija

Fl-ewwel reazzjoni tiegħu b’rabta mal-Budget 2021 il-Kap Eżekuttiv tal-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija Daniel Borg laqa’ diversi miżuri minn dan il-Budget.

Fost il-miżuri li niżlu tajjeb mal-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija hemm l-iskema tal-vouchers li kienet ta’ suċċess fl-ewwel skema li tqassmet aktar kmieni din is-sena. Huwa laqa’ wkoll diversi skemi b’rabta mas-suq tal-propjetà.

B’rabta mal-konnettività bejn iż-żewġ gżejjer Borg laqa’ l-impenn tal-Gvern fuq din il-materja tant importanti għall-Għawdxin. Tenna li huma laqgħu l-impenn tal-Gvern għall-bini tal-mina u laqgħu ukoll li se jimmaterjalizza l-proġett tal-fast ferry.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *