Notifiki

L-MCAST jiftaħ il-bibien għas-sena skolastika ġdida

Il-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u t-Teknoloġija, l-MCAST, laqa’ l-istudenti tiegħu għal sena skolastika ġdida.

Għalkemm se tkun sena differenti ferm minħabba l-imxija u l-istil ta’ ħajja ġdid li din ġabet magħha, il-Kulleġġ xorta se jilqa’ 20% aktar studenti ġodda mis-snin ta’ qabel.

Il-Prinċipal tal-Kulleġġ, il-Professur James Calleja, qal li din is-sena se jkun hemm bilanċ bejn tagħlim virtwali u tagħlim fiżiku, b’mod speċjali f’korsijiet li jirrikjedu attenzjoni akbar u l-prattika.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnici rringrazzja lil kull min ħadem biex din is-sena tkun waħda komda kemm jista’ jkun fid-dawl tas-sitwazzjoni preżenti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend