Il-WHO tilqa’ l-miżuri preventivi ta’ Malta biex tiġi mrażżna l-imxija – One News

Notifiki

Il-WHO tilqa’ l-miżuri preventivi ta’ Malta biex tiġi mrażżna l-imxija

Id-Direttur reġjonali Ewropew tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, Hans Kluge laqa’ b’sodisfazzjon il-miżuri li tħabbru mill-Gvern Malti nhar il-Ġimgħa kontra t-tixrid tal-Covid-19.

Dan hekk kif bħalissa l-każijiet ta’ Coronavirus qegħdin jiżdiedu f’diversi pajjiżi madwar l-Ewropa u għalhekk kien hemm bżonn li tittieħed azzjoni immedjata.

Fi tweet Kluge wiegħed l-appoġġ tiegħu lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fejn jidħlu dawn il-miżuri preventivi.

Intant fi stqarrija maħruġa mill-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa ntqal li din mhux l-ewwel darba li l-Għaqda Dinjija għas-Saħħa faħħret lil Malta għal mod kif qed taffaċċja l-pandemija tal-COVID-19, hekk kif aktar kmieni din is-sena Malta kienet miżmuma bħala eżempju ta’ prattika tajba.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend