ARA: Il-Ministru Edward Scicluna jasal fil-Palazz ta’ Sant’Anton jippreżenta kopja tal-budget lill-President – One News

Notifiki

ARA: Il-Ministru Edward Scicluna jasal fil-Palazz ta’ Sant’Anton jippreżenta kopja tal-budget lill-President


Ftit tal-ħin ilu, il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna kien fil-Palazz ta’ Sant’Anton biex jippreżenta kopja tal-budget 2021 lill-President tar-Repubblika George Vella.

Il-Ministru Scicluna kien akkumpanjat mill-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia fost oħrajn.

Mill-palazz, il-Ministru qabad it-triq lejn il-Parlament biex fis-seduta parlamentari tal-lejla jippreżenta l-budget għas-sena d-dieħla.

Huwa mistenni li d-diskors tal-budget għas-sena li ġejja jibda jinqara fis-6:30 ta’ filgħaxija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *