Eluf attendew għall-manifestazzjonijiet sabiex jonoraw il-memorja tal-għalliem Franċiż Samuel Paty – One News

Notifiki

Eluf attendew għall-manifestazzjonijiet sabiex jonoraw il-memorja tal-għalliem Franċiż Samuel Paty

Eluf attendew manifestazzjonijiet madwar Franza sabiex jonoraw il-memorja ta’ Samuel Paty, l-għalliem li qatgħulu rasu wara li wera cartoons tal-Profeta Muhammed lit-tfal fil-klassi.

Diversi persuni ħarġu bi ħġarhom bl-għajta ta’ Je Suis Samuel.

Samuel Paty inqatel nhar il-ġimgħa li għadda maġenb l-iskola li kien jgħallem fiha hu stess viċin Pariġi.

S’issa ġew arrestati ħdax-il persuna b’rabta mal-investigazzjonijiet dwar dan il-każ.

Il-President Franċiż Emmanuel Macron qal li l-għalliem inqatel għaliex kien qed jgħallem il-libertà tal-espressjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend