BIL-FILMAT: Għal Bernard Grech dan kien budget ta’ riċiklaġġ – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Għal Bernard Grech dan kien budget ta’ riċiklaġġ

F’konferenza tal-aħbarijiet wara li l-Gvern ressaq il-budget, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech sejjaħ il-budget li fih il-Gvern reġa’ ta l-vouchers tal-mitt ewro, ta żieda oħra fil-pensjonijiet u fiċ-children’s allowance u ta ġurnata oħra leave lill-ħaddiema, bħala wieħed ta’ riċiklaġġ.

F’konferenza tal-aħbarijiet ta’ għoxrin minuta, Grech kien negattiv u ma ġerraħx il-miżuri li se jgħinu lill-ħaddiema u n-negozji fosthom l-estensjoni tal-Covid Wage Supplement.

Minflok qal li l-Gvern ma jaħsibx għal għada.

Bernard Grech għalaq il-messaġġ tiegħu, kif beda l-konferenza, b’ton negattiv.

Intant il-ġurnalist ta’ ONE News, għal darba, darbtejn prova jistaqsi lill-Kap tal-Oppożizzjoni jekk kieku kulħadd iħallas it-taxxa, kienx ikun budget aħjar.

Evidentament skomdu, Bernard Grech ħarab milli jwieġeb.

Ta’ QabelLi Jmiss

4 Comments

    1. Grazzi li biss sahha ta dan il gvern marti se tiehu 350 Ewro u se niehdu 3.25 ewro zieda fil gimgha.Il partit nazzjonalista qatt ma taghna xejn f hamsa w ghoxrin sena.Fuq kollox minghajr taxxi u hutna l mps ma hadux 600 ewro fil gimgha bil mohbi tal poplu Malti.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend