Oscar Pare Aristide ta’ 23 sena mill-Burkina Faso, weħel sitt xhur ħabs wara li pprova jsiefer b’dokumenti foloz u li m’humiex tiegħu.
Il-każ seħħ nhar is-Sibt 17 ta’ Ottubru fejn il-pulizija sabet fil-pussess tiegħu passaport falz tal-Gambja, permess ta’ residenza falz u karti tal-identità Taljana ta’ ħaddieħor.
F’każ ieħor, omm ta’ 21 sena mill-Guinea nstabet ħatja u weħlet sitt xhur ħabs wara li flimkien mat-tarbija tagħha ta’ seba’ xhur, għamlet użu minn dokumenti foloz.
L-omm kellha fill-pussess tagħha żewġ passaporti u żewġ permessi ta’ residenza Taljana.