Jeżistu 13-il ftehim ieħor bħal dak tal-Miżieb – ftehim li se jtejjeb iż-żoni – One News

Notifiki

Jeżistu 13-il ftehim ieħor bħal dak tal-Miżieb – ftehim li se jtejjeb iż-żoni

L-għaqda Birdlife kienet minn ta’ quddiem fl-oġġezzjonijiet kontra l-ftehim tal-Gvern mal-Federazzjoni Kaċċaturi, Nassaba u Konservazzjonisti, l-FKNK.

Dan meta l-istess għaqda Birdlife għandha minn tal-inqas erba’ ftehimiet simili tal-ftehim li għandu l-Gvern mal-FKNK dwar l-Art tal-Miżieb u l-Aħrax tal-Mellieħa.

Dawn il-ftehimiet li ġew iffirmati tul numru ta’ snin iġorru l-istess prinċipji ta’ indokrar ta’ żoni mdaqqsin sew fost oħrajn fl-Għadira, is-Salini u anki Kemmuna.

Kontra l-impressjoni li taw bosta, il-ftehim li ġie ffirmat mal-FKNK jistipula li ż-żoni jkunu miżmumin sew, waqt li titħares is-saħħa u s-sigurtà tal-viżitaturi.

Filfatt, il-ftehim jistipula wkoll li d-dawra tal-kosta se tibqa’ fid-dominju pubbliku u s-siti jridu jibqgħu aċċessibbli għall-pubbliku, bil-partijiet immarkati għall-kaċċa wkoll iridu jibqgħu aċċessibbli bl-esklużjoni ta’ ħinijiet fissi u mmarkati b’mod ċar waqt l-istaġun tal-kaċċa.

Dan filwaqt li l-FKNK se tkun obbligata wkoll timmarka spazji ddedikati bħala picnic areas u siti tal-ikkampjar għall-pubbliku u se jkun qed jingħata aċċess sħiħ lill-uffiċjali tal-konservazzjoni biex jiżguraw li tiġi mħarsa l-liġi u ma jsir l-ebda abbuż.

Fi kjarifika, il-Gvern iddikjara li r-riżervi tal-Miżieb u tal-Aħrax ilhom jiġu amministrati mill-FKNK sa mill-1986, jiġifieri għal dawn l-aħħar 34 sena taħt gvernijiet differenti u l-ftehim li ġie ffirmat ma jibdel xejn għajr li qiegħed jirregola dak li fil-prattika kien diġà qiegħed fis-seħħ tul dawn l-aħħar snin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend