Tħabbret il-mewt tad-deputat Nazzjonalista Għawdxi Frederick Azzopardi fl-eta ta’ 71 sena.
Azzopardi ħalla jibku t-telfa tiegħu l-għażiża martu Carmen u t-tliet uliedu Lara, Maureen u Luke.
Azzopardi li kien qed jiġġieled il-battalja tal-mard, ilu involut fil-poltika, fosthom fil-Kunsill tar-Rabat Għawdex u fil-Parlament Malti.
Intant, fi stqarrijiet separati, il-Partit Laburista, il-Partit Nazzjonalista u l-Ispeaker tal-Kamra tad-deputati sellmu l-memorja ta’ Azzopardi li serva fl-ogħla istituzzjonijiet ta’ pajjiżna u ta kontribut siewi lill-pajjiżna.