‘Il fuq minn 90,000 persuna ħadu l-vaċċin tal-influwenza – One News

Notifiki

‘Il fuq minn 90,000 persuna ħadu l-vaċċin tal-influwenza

‘Il fuq minn 90,000 persuna ħadu l-vaċċin tal-influwenza f’ġimgħa waħda biss.

Dan tħabbar fi stqarrija mill-Ministeru għas-Saħħa fejn inqtal li l-kampanja favur it-tilqima tal-influwenza din is-sena kienet effiċjenti tant li mill-100,000 vaċċin li waslu f’Malta sa issa diġà ttieħdu ‘l fuq minn 90,000 minnhom, minn persuni vunerabbli u frontliners.

B’kollox, id-Dipartiment tas-Saħħa ordna 250,000 tilqima din is-sena, bit-tieni kunsinna hija ordnata għal Novembru.

Minn għada t-tilqima se tkun tista’ tittieħed biss mill-għaxar ċentri tas-saħħa mifruxa madwar Maltau mhux mill-Bereġ.

L-istqarrija temmet tgħid li hekk kif jasal it-tieni stokk tal-vaċċin tal-influwenza, it-tilqima tkun tista’ tittieħed miċ-Ċentri tas-Saħħa u l-Bereġ kollha.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend