Il-Budget li se jitressaq għada se jagħti lin-nies it-tripplu li kien jingħata qabel – il-PM – One News

Notifiki

Il-Budget li se jitressaq għada se jagħti lin-nies it-tripplu li kien jingħata qabel – il-PM

F’intervista man-nies fil-belt is-siekta tal-Imdina l-Ħadd filgħodu, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela ħabbar li fil-budget tat-Tnejn, in-nies se jirċievu t-tripplu ta’ dak li kienu jirċievu qabel f’buthom.

Robert Abela qal li l-budget b’ruħ soċjali se jkun wieħed tajjeb li mhux iffukat biss biex jilqa’ għall-pandemija iżda se jkun ibbażat fuq pjan kruċjali ta’ Malta għall-għaxar snin li ġejjin.

Il-Prim Ministru stqarr, “Qegħdin inniedu miżuri illi solitament jiena ċċekjajt l-ispiża illi tintefaq f’miżuri li jmorru direttament fil-but tan-nies – normalment f’kull budget ninvestu 35 miljun. F’miżuri li jmorru fil-but tan-nies – din id-darba se nkunu qed nonfqu tlett darbiet iżjed, 100 miljun ewro.”

Lejliet il-budget, il-Prim Ministru ħabbar li l-vouchers tal-mitt ewro li ta dan il-Gvern bħala parti mill-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika minħabba l-imxija, se jerġgħu jingħataw lill-poplu.

Dr Abela, “L-iskema tal-vouchers illi nedejna fl-aħħar pakkett finanzjarju, suċċess b’saħħtu mmens, mhux biss fil-fatt li ntefqu dak il-vouchers imma fil-konsum addizzjonali illi ġie rreġistrat bihom. Għada naf li mhux suppost inħabbar imma se nagħmlu round ieħor ta vouchers.”

Hawnekk huwa semma wkoll l-għajnuna tal-Gvern fi ħlas ta’ pagi, u kif dawn se jibqgħu jingħataw sa meta hemm bżonn.

Il-Mexxej Laburista qal kif il-budget tat-Tnejn se jkun qed iwieżen u jibgħat messaġġ ta’ kuraġġ  lil dawk l-aktar li għandhom bżonn fis-soċjetà Maltija, fosthom il-pensjonanti li fil-pandemija kienu fost l-aktar vulnerabbli.

Dr. Abela tkellem dwar il-prinċipju tat-tisħiħ tax-xogħol biex id-dħul tal-ħaddiema jibqa’ dieħel.

Il-Mexxej Laburista sostna, “It-tieni prinċipju li se joħroġ fil-budget ta’ għada huwa li nsaħħu x-xogħol, tant importanti għall-bniedem, li nħallu l-businesses tagħna bis-serħan il-moħħ illi jistgħu jibqgħu għaddejjin u lill-ħaddiema li l-income tagħhom se jibqa’ dieħel.”

Robert Abela appella sabiex nibqgħu mexjin ’il quddiem, għaliex dan il-budget se jkun wieħed ta’ tama u serħan il-moħħ.

“Miżuri li se jinċentivaw il-konsum, li fuq kollox fejn jista’ jkun hemm il-qtigħ il-qalb se jdaħħlu tama u serħan il-moħħ dik it-tema prinċipali tal-budget ta’ għada serħan il-moħħ, tama u kuraġġ.” Stqarr Dr Abela.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend