Fis-sigħat li ġejjin se jinfetħu 3 flyovers oħra fil-proġett tal-junction tal-Marsa – One News

Notifiki

Fis-sigħat li ġejjin se jinfetħu 3 flyovers oħra fil-proġett tal-junction tal-Marsa

Kmieni l-Ħadd filgħodu, waqt li kien qed iwieġeb għall-mistoqsijiet tan-nies fl-Imdina, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela sostna li Malta qed taħdem qatigħ fis-settur tal-infrastruttura fejn rajna investiment qawwi fl-infrastruttura fl-iskejjel, dik diġitali, industrijali, fit-toroq, fis-Central Link, Housing u anke abmjent.

Preżenti kien hemm ukoll il-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg fejn ħabbar li fis-sigħat li ġejjin ser ikunu qed jinfetħu tliet flyovers oħra fil-proġett tal-Junction tal-Marsa u li fi ftit ġimgħat oħra se jinfetħu s-sebgħa li huma.

Intant, fl-intervent tagħha s-Sindku ta’ Bormla Alison Zerafa Civelli li hija wkoll għalliema qalet li post it-tfal huwa l-iskola biex jikbru b’mod san, hekk kif jiltaqgħu ma’ sħabhom u l-għalliema.

Zerafa Civelli qalet li b’dan jitgħalmu kif għandhom jieħdu ħsieb tagħom infushom.

Semmiet ukoll l-irwol tal-mara u l-ħidma ta’ dan il-Gvern li qed ipoġġi n-nisa fl-ogħla karigi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend