Restawr fuq il-koppla tal-knisja taż-Żurrieq – One News

Notifiki

Restawr fuq il-koppla tal-knisja taż-Żurrieq

B’investiment ta’ sebgħin elf ewro li ġejjin minn Fondi Ewropej, se tiġi rrestawrata l-koppla tal-Knisja Arċipretali ta’ Santa Katarina taż-Żurrieq.

Dan ix-xogħol ta’ restwar qed isir mill-Fondazzjoni għall-Patrimonju Kulturali tal-Arċidjoċesi ta’ Malta, bis-Segretarju Amministrattiv, Michael Pace Ross qal kif din il-knisja nbniet fis-seklu sbatax u hija mill-ewwel knejjes taż-żmien Barokk.

Pace Ross spjega magħna l-proċess kif se jsir dan ir-restwar. Huwa qal: “Se jkun hemm restwar tal-koppla, il-ġebel jiġifieri u materjal ieħor. Se jiġi restawrat id-deffun biex jerġa’ jsir kif kien oriġinali, se jitneħħew l-imsiemer u anke affarijiet tal-ħadid u anke se jkun hemm ċertu ġebel li kien miekul li se jinbidel. Se jittraġġaw l-apperturi u anke eventwalment ikun hemm sistema ta’ dawl ġdid għal barra.”

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi, li qal kif dan huwa parti minn kullana ta’ proġetti li qed isir fi knejjes madwar pajjiżna li qed isiru grazzi għall-fondi Ewropej.

Huwa stqarr: “Il-Parroċċa taż-Żurrieq illum se tkun qiegħa tibbenefika minn €70,000 ta’ Fondi tal-Unjoni Ewropea, bħala parti minn proċess ta’ proġetti wiesgħa li qegħdin isiru ta’ restwar ta’ diversi knejjes madwar Malta.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend