Miriam Dalli u Clyde Caruana ser jiġu co-opted għal Deputati Parlamentari – One News

Notifiki

Miriam Dalli u Clyde Caruana ser jiġu co-opted għal Deputati Parlamentari

Miriam Dalli u Clyde Caruana se jkunu qed jirrappreżentaw lill-Partit Laburista fil-Parlament bħala Membri Parlamentari.

Fi stqarrija l-Partit Laburista ħabbar li kien il-Prim Ministru nnifsu li s-Sibt laqqa’ l-Grupp Parlamentari u l-Eżekuttiv tal-Partit Laburista biex jiġu diskussi l-co-options ta’ Dalli u Caruana.

Dawn ġew approvati unanimament wara li skatta mekkaniżmu għall-co-option biex jimtlew iż-żewġ siġġijiet vakanti fil-Parlament.

Dr Miriam Dalli hija l-Viċi President tal-Partit tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi fil-Parlament Ewropew, li ġiet deskritta bħala ‘doer’ mir-rivista influwenti Politico, u hija saħansitra l-unika Membru Parlamentari Ewropew imniżżla fil-Class of 2019 ta’ Politico.

Dalli ngħatat it-titli tal-Membru Parlamentari Ewropew tas-sena fis-saħħa u fl-enerġija, u VoteWatch Europe ikklasifikaha kemm-il darba bħala waħda mill-aktar politiċi influwenti fl-Ewropa.

Hija ffukat il-ħidma tagħha fuq il-ħolqien tax-xogħol, l-ambjent u l-enerġija, is-saħħa fiżika u mentali, l-immigrazzjoni, il-green economy u blue economy, fost oħrajn.

Clyde Caruana, gradwat fl-ekonomija u lettur fl-Università, serva bħala Kap tas-Segretarjat fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru fl-aħħar xhur wara li okkupa wkoll il-kariga ta’ Chariman Eżekuttiv ta’ Jobsplus. Huwa kien figura ewlenija wkoll fis-sistema ta’ ċentri ta’ ħarsien ta’ tfal mingħajr ħlas li l-Gvern kien introduċa fl-2014.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend