Jinżamm arrestat fuq użu ta’ dokumenti ffalsifikati – One News

Notifiki

Jinżamm arrestat fuq użu ta’ dokumenti ffalsifikati

Raġel min-Nepal baqa’ jinżamm arrestat wara li ttella’ l-Qorti minħabba li nqabad juża dokument falz.

Huwa mifhum li r-raġel, li m’għandux indirizz fiss f’Malta, xtara d-dokument minn Spanja għal elf u ħames mitt ewro u pprova juzah biex jivjaġġa lejn Porto.

Quddiem il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Yana Micallef Stafrace, l-akkużat awtomatikament ġie rreġistrat li qed iwieġeb mhux ħati hekk kif l-avukat tal-għajnuna legali ma telax quddiem il-Qorti.

Għaldaqstant, l-imputat se jibqa’ jinżamm arrestat fil-faċilità korrettiva ta’ Kordin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend