BIL-FILMAT: Ivan Bartolo jaqbel mal-aġir ta’ Metsola favur il-Bulgarija  – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Ivan Bartolo jaqbel mal-aġir ta’ Metsola favur il-Bulgarija 

Il-Partit Nazzjonalista baqa’ joħroġ għonqu għal Roberta Metsola li ngħatat it-titlu ta’ Mrs. Mafia minn ċittadini Bulgari li ilhom aktar minn tliet xhur jipprotestaw fil-Bulgarija kontra dak deskritt bħala Gvern korrott tal-pajjiż.

Metsola, li titkellem tant fuq is-saltna tad-dritt f’pajjiżna spiċċat ivvutat kontra riżoluzzjoni fuq is-saltna tad-dritt fil-Bulgarija u ddefendiet lil Prim Ministru Bulgaru Boyko Borissov li jinsab taħt investigazzjoni fi Spanja fuq allegat ħasil ta’ flus.

Il-partit ta’ Borisov huwa msieħeb fl-istess familja li qiegħed imsieħeb fiha l-Partit Nazzjonalista, dik tal-Partit Popolari Ewropew.

Filwaqt li Metsola u anki David Casa vvutaw kontra, Metsola nnifisha ressqet emendi fir-riżoluzzjoni meqjusa skandalużi minn attivisti Bulgari.

Metsola allegat li d-dimostranti Bulgari li qed jipprotestaw b’mod paċifiku huma ffinanzjati mill-Mafja.

Għal dan kollu, deputati Nazzjonalisti ddefendew l-aġir ta’ Metsola u saħansitra, Ivan Bartolo qal li jaqbel ma’ dak li għamlet Metsola, meta ddefendiet lil Bulgarija iżda kienet ivvutat kontra Malta.

Colin Deguara: “Taqbel ma’ Metsola li tattaka lil Malta fuq ir-rule of law u imbagħad tivvota hekk fuq il-Bulgarija. Tiddefendi lill-Prim Ministru.”

Bartolo: “Iva naqbel!”

Colin Deguara: “Taqbel magħha, tagħmel bħalha jiġifieri?”

Bartolo: “Ġa għedtlek.”

Saħansitra l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech ħa pjaċir b’Metsola u Casa.

Deguara: “Dr. Grech għaliex qed issibha daqshekk diffiċli biex tikkundanna l-vot ta’ Metsola u Casa favur il-Prim Ministru tal-Bulgarija?”

Grech: “Jiena nħobb u nieħu pjaċir illi l-Metsola u Casa jibqgħu jipproteġu.”

Deguara: “Taf tgħidli min hu l-Prim Ministru tal-Bulgarija?”

Grech: “Grazzi.”

Deputati Nazzjonalisti oħra qalu li Metsola u Casa huma żewġ ewro-parlamentari li ddefendew lil Malta.

Claudio Grech: “Jien naħseb l-ewwelnett inti żbaljat li Roberta Metsola attakkat lil pajjiżna. Roberta Metsola u David Casa kienu żewġ MEPs illi mhux biss iddefendew lil pajjiżna imma kienu żewġ MEPs illi ressqu quddiem l-Unjoni Ewropea l-proposti dwar ir-rule of law mechanism.”

Gouder: “Din teorija tagħkom li Metsola tattakka lil Malta.”

Colin Deguara: “Taqbel magħha jiġifieri? Tagħmel bħalha kieku?”

Gouder: “Bħala persuni li verament iddefendew lil Malta fl-Unjoni Ewropea huma Roberta Metsola u David Casa.”

Intant deputati Nazzjonalisti oħra ħassewhom skomdi jwieġbu dwar l-aġir ta’ Metsola.

Colin Deguara: “Vot bħal dak favur il-Prim Ministru tal-Bulgarija.”

Aquilina: “Kun imbierek.”

Colin Deguara: “Tagħmel bħala inti, taqbel magħha? Mhux riga doppja dik.”

Colin Deguara: “Dr. Comodini Cachia taqbel ma’ Roberta Metsola li għamlet żmien tattaka lil pajjiżna dwar ir-rule of law u imbagħad għamlet dak il-vot biex tipproteġi lill-Prim Ministru tal-Bulgarija. Taqbel magħha? Taqbel magħha kont tagħmel bħalha kieku”

Comodini Cachia: “Tixtieq titla’ t-taraġ?”

Colin Deguara: “Ma nafx jekk għandekx tweġiba għalija?”

Colin Deguara: “Onor. taqbel ma’ Metsola li tattakka lil pajjiżna fuq ir-rule of law u imbagħad fil-vot ivvutat favur il-Prim Ministru tal-Bulgarija li qed jiġi anki investigat fuq korruzzjoni mill-awtoritajiet Spanjoli?”

Deguara: “No comment.”

Colin Deguara: “Taqbel magħha, tagħmel bħalha kieku?”

Deguara: “M’għedtlek xejn, no comment.”

Colin Deguara: “Qed insaqsik jiena.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend