Madwar 300 pjanta li jgħixu s-sena kollha tpoġġew mal-faċċata tal-Iskola Primarja tal-Ħamrun.
Dawn il-pjanti tpoġġew bħala parti mill-proġett li sar mill-Kunsill Lokali tal-Ħamrun, fejn qed isebbaħ l-ambjent f’erba’ toroq f’din il-lokalità.
Dawn il-pjanti ħa jkunu qegħdin jissaqqew permezz ta’ sistema ta’ irrigazzjoni minn ġibjun fl-iskola stess. Qabel dan il-ġibjun ma kienx jintuża u permezz ta’ dan il-proġett dan se jkun qed jintuża.