L-Arċisqof juri apprezzament għall-ħidma ta’ Infrastructure Malta mal-Kurja – One News

Notifiki

L-Arċisqof juri apprezzament għall-ħidma ta’ Infrastructure Malta mal-Kurja

L-Arċisqof ta’ Malta, Charles Scicluna apprezza l-ħidma li qed issir minn Infrastruttura Malta mal-Arċidjoċesi ta’ Malta permezz ta’ xogħlijiet ta’ manutenzjoni u tisbiħ.

Waqt żjara li għamel l-Arċisqof ġewwa l-ġonna tad-Dar tal-Kleru f’Birkirkara, fejn qed jitħawlu 1,400 siġra minn Infrastructure Malta, fejn sostna li s-siġar imħawlin huma pulmun ta’ arja nadifa mhux biss għas-saċerdoti anzjani residenti fid-Dar tal-Kleru iżda wkoll għar-residenti ta’ Birkirkara.

Is-Segretarju Amministrattiv tal-Arċidjoċesi ta’ Malta, Michael Pace Ross qal li l-Knisja qed taħdem ma’ Infrastucture Malta fuq diversi proġetti oħra li jinkludu t-tisbieħ fuq in-naħa ta’ barra tal-Knisja Arċipretali tar-Rabat u tal-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Luċija. Is-Sur Pace Ross semma wkoll ix-xogħol li qed isir b’kollaborazzjoni mal-Gvern fid-Domus u fl-Oratorju tas-Salesjani f’Ħad-Dingli, u fil-Mosta, fost oħrajn.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

Leave a Reply to Matteotti Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend