F’Pariġi, raġel li huwa għalliem spiċċa b’rasu maqtugħa wara li attakk fin-naħa tal-punent tal-kapitali Franċiża.
L-attakk seħħ ftit wara l-ħamsa tal-Ġimgħa wara nofsinhar, fejn dan il-qtil makabru seħħ permezz ta’ sikkina tal-kċina. Bil-pulizija ftit wara rnexxielha ssib u toqtol lill-aggressur, wara li rreżista l-arrest tal-pulizija, tant li pprova jattakkahom b’sikkina.
Rapporti fil-midja Franċiża qegħdin jirrapurtaw kif l-aggressur waqt id-delitt għajjat ‘Allah hu Akbar’ u kien liebes ġakketta kollha splussivi. Intqal ukoll kif dan l-omiċidju seħħ hekk kif ħassu offiż wara li l-vittma, l-għalliem ta’ ibnu, li jgħallem il-ġeografija u l-istorja għamel lezzjoni dwar il-karikaturi tal-profetta Mohammed.
B’reazzjoni għal dan il-qtil, il-Ministru għall-Edukazzjoni Franċiż Jean-Michel Blanque qal kif dan huwa attakk fuq ir-Repubblika Franċiża. Intant, il-President Franċiż Emmanuel Macron żar il-post fejn ġara dan l-attakk makabru.